Lokali

Tingħalaq għal kollox triq maġġuri fl-Iklin għal jumejn li ġejjin

Jekk int residenti l-Iklin u tgħix fit-toroq segwenti importanti li taqra l-avviż tal-Kunsill Lokali ta’ din il-lokalità hekk kif bejn is-6 u s-7 ta’ Lulju Triq il-Wied, t-triq prinċipali fl-Iklin li twassal san-Naxxar se tkun qed tingħalaq bejn is-7.00am u s-7.00pm.

Il-Kunsill Lokali informa lil dawk il-persuni residenti f’dawn it-toroq; Triq il-Wied, Triq l-Awrekarja, Triq Fredrick Borg, Triq Carmelo Pace, Triq Enrico Naudi, Triq Giorgio Locano, Triq it-Timu, Triq Alfred Gerada, Triq il-Ħwawar, Triq il-Ħarruba, Triq il-Prinjol, Triq il-Luq, Triq il-Plejju, Triq il-Bruka, Triq ir-Razzett l-Aħmar, Triq iz-Zebbuġa – għandhom isibu triq alternattiva sabiex joħorġu għax-xogħol lil’hinn minn din il-lokalità.

Dan hekk kif ġie spjegat li Infrastructure Malta se tkun qed taħdem f’din it-triq li ilha x-xhur għaddejja b’xogħlijiet fiha għall-inkonvenjent kbir tal-pubbliku.

F’dawn il-ħinijiet il-pubbliku huwa mħeġġeġ jgħaddi minn Triq il-Ħwawar fid-direzzjoni ta’ San Ġwann.

Il-Kunsill Lokali tal-Iklin saħqu li wara sentejn ta’ tbatija għar-residenti Ikliniżi u l-ħidma tal-Kunsill Lokali nnifsu sabiex iwassal l-ilmenti tar-residenti għand Infrastructure Malta sabiex jitħaffef il-pass tax-xogħol – donnha waslet fi tmiemha…raġġ ta’ dawl għar-residenti li ilhom iħabbtu wiċċhom ma’ inkonvenjent wara l-ieħor minħabba dan id-dewmien kollu.