Il-parti ta’ Champlain Towers South li kienet baqgħet wieqfa wara t-traġedja ta’ 11-il jum ilu twaqqgħet f’operazzjoni kkontrollata.
Nofs il-binja kienet iġġarrfet fl-24 ta’ Ġunju f’inċident li kien meqjust bħala stramb ħafna. Wara dan il-kollass instabu 24 persuna mejta madankollu l-persuni li għadhom neqsin u li huma maħsuba li kienu fil-binja jgħoddu mal-120.
Meta ġġarrfet il-binja, ħafna mir-residenti kienu reqdin.
Wara l-inċident traġiku ta’ kważi ġimgħatejn ilu, l-awtoritajiet ta’ Miami ddeċidew li jwaqqgħu il-kumplament tal-istruttura peress li din kienet qed titqies bħala perikoluża. Id-deċiżjoniji ttieħdet ukoll fid-dawl tal-fatt li ż-żona mistennija tintlaqat mill-maltempata tropikali Elsa.
Issa mistennija tkompli t-tfittxija għal aktar persuni għalkemm it-tama li jinstabu persuni ħajjin qalb it-tifrik prattikament sfaxxat fix-xejn.
//= $special ?>