EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Aktar minn €42,000 jinġabru għal tifla Ġermaniża

Tifla Ġermaniża li dehret tibki waqt it-telfa li l-Ġermanja sofriet fir-rawnd tal-aħħar sittax tal-Euro 2020 kontra l-Ingilterra se tkun qed tirċievi s-somma ta’ €42,000 hekk dan il-filmat qajjem emozzjoni fost bosta.

Ftit wara li dan il-filmat inxtered fuq il-midja soċjali twaqqfet paġna apposta sabiex jinġabru flus għal din it-tifla. Kienu ħafna li tħassru din it-tifla iżda kien ukoll oħrajn li ma qablux mar-reazzjoni tagħha u sfat vittma ta’ tgħajjir fuq il-midja soċjali.