Sport Sport Ieħor

Brian Cini jirbaħ l-Kampjonat Nazzjonali tal-Isnooker

Ilbieraħ fl-Akkademja tal-Isnooker ġewwa l-Ħamrun saret il-finali tal-Kampjonat Premier li kienet kontestata minn Brian Cini u Aaron Busuttil.

Brian Cini irnexxielu jirbaħ din il-final bl-iskor ta’ 6-2 fejn l-ewwel tlett frames intrebħu minn Aaron Busuttil. Madanakollu, Brian Cini ma qatax qalbu u rnexxielu jirkupra mill-ewwel dawn iż-żewġ frames biex ġab id-draw ta’ 2-2. Brian irnexxielu ukoll jerbaħ l-4 frames li kien imiss fejn saħansitra, fi frame minnhom għamel break ta’ 88 punt.

Fl-ewwel kummenti tiegħu, Brian Cini qal li huwa kuntet immens li rnexxileu jirbaħ dan l-unur prestiġjuż u li ma kinitx faċli li jasal għall-finali minħabba l-livell għoli li llum wieħed jista’ jsib fil-Kampjonat Premier. Cini qal li huwa jħares ‘l quddiem għall-istaġun li jmiss u ser jagħmel min kollox biex jerġgħa jiddefendi dan it-titlu.