L-MEP Laburista Cyrus Engerer kompla jiggustifika lilu nnifsu meta fl-24 ta’ Gunju, ivvota favur riżoluzzjoni dwar l-abort, u favur ir-Rapport Matric.
Ir-rapport kien jirrigwarda s-saħħa sesswali u riproduttiva fl-Unjoni Ewropea, fejn fost oħrajn dan ir-rapport jinsisti li l-abort huwa dritt tal-bniedem. Izda b’wiċċu minn quddiem, Engerer sostna li ma jiddispjacih li vvota favur din ir-riżoluzzjoni dwar l-abort.
Dakinhar tal-vot, l-MEP Laburista Alex Agius Saliba ivvota kontra din ir-riżoluzzjoni.
Cyrus Engerer minn naha tieghu kien ħareġ jiġġustifika dan il-vot…izda Alex Agius Saliba f’post separata stqarr li hu kburi b’dak li għamel u li vvota kontra din ir-riżoluzzjoni.
“Nippreferi illi jħarsuli bl-ikrah l-kollegi fil-Grupp tas-Soċjalisti milli mmur kontra r-rieda tal-maġġoranza taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin u kontra dak illi fl-aħħar mill-aħħar nemmen fih jien. Kburi illi ma vvutajtx favur l-impożizzjoni tal-abort fuq pajjiżna”, qal Agius Saliba f’dak li deher bħala attakk dirett kontra Cyrus Engerer.
Il-qasma bejn l-MEPs tal-Lejber ħarġet aktar fid-deher meta wieħed iqis li anke ż-żewġ deputati l-oħra ivvutaw b’mod differenti; Alfred Sant u Josianne Cutajar astjenew. B’hekk, il-Partit Laburista spiċċa bi 3 pożizzjonijiet differenti dwar l-abort.
Minn naħa l-oħra, il-PN baqa’ konsistenti…. bl-MEPs Roberta Metsola u David Casa jivvutaw kontra l-abort.