It-tennista żagħżugħa Emma Raducanu kienet sfurzata tirtira mit-tournament ta’ Wimbledon wara li bdiet issofri minn qtugħ ta’ nifs fil-partita kontra Ajla Tomljanovic fir-raba’ round tat-tournament.
Raducanu kienet lagħbet partita waħda fid-WTA Tour level. Raducanu sabet diffikultà fit-tieni set u wara konsultazzjoni mat-tobba ddeċidew li kien ikun aħjar kieku tirtira mil-logħba. Tard it-Tnejn filgħaxija, l-organizzaturi ta’ Wimbledon ikkonfermaw li Raducanu kienet irtirat waa li kellha diffikultà bin-nifs.
//= $special ?>