FC FLORA TALINN ………….. 2
HIBERNIANS ………. 0
FC Flora Talinn: M. Igonen, M. Lilander, H. Purg, M. Kuusk, M. Lukka, M. Miller, M. Soomets, S. Zenjov, K. Vassiljev, H. Ojamaa, R. Sappinen
Hibernians: N. Vella, A. Attard, A. Agius, L. Almeida, F. Apap, Z. Grech (T.Desira 89′), Thaylor (W.Domoraud 77′), D. Vella, S. Raphael, J. Degabriele (E.Uzeh 76′), J. Grech
Referee: L. Lukic
Assistenti referees: D. Bogicevic, B. Banovic
Fil-Lillekula Stadium fl-Estonja Hibernians sofrew telfa ta’ 2-0 kontra FC Flora Talinn, fl-ewwel leg mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Champions League.
Fl-ewwel minuti tal-partita il-logħob kien milgħub l-aktar f’nofs il-gorund, biż-żewġ timijiet jistudjaw lill-avversarji tagħhom. Fil-15-il minuta waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota għal Fc Flora meta wara li Nicky Vella salva xutt mid-distanza ta’ Markus Soomets, mit-tieni tentattiv Henrik Ojaama li tefa’ għoli mill-viċin.
Fit-38 minuta Sergej Zenjov għadda tajjeb mil-linja leminija bil-konklużjoni tiegħu tkun salvata mill-goalkeeper Vella. Fit-42 minuta minn corner ta’ Jurgen Degabriele ix-xutt ta’ Thaylon għadda għoli bl-ewwel taqsima tintemm bl-iskor ta’ 0-0.
Fit-tieni taqsiima fid-59 minuta Dunstan Vella għadda tajjeb u l-konklużjoni ċentrali tiegħu għaddiet għoli mill-lasti ta’ FC Flora. Fit-73 minuta Hibernians spiċċaw jilagħbu b’għaxar plejers hekk kif tkeċċa Dos Anjos wara t-tieni karta safra għall-foul fuq Henrik Ojamaa. Biex żewġ minuti wara, fil-75 minuta FC Floria Talinn marru fil-vantaġġ meta minn cross minn fuq ix-xellug ta’ Martin Miller, kien Rauno Sappinen li bir-ras għeleb lil Nicky Vella għal 1-0.
FC. Flora Talinn għamluhom tnejn fid-89 minuta meta minn freekick Marko Lukka għadda lejn Rauno Sapinnen li b’xutt fil-baxx għeleb lil Vella għat-tieni gowl tiegħu.
UEFA CHAMPIONS LEAGUE
Tieni Leg : Hibernians v FC Flora Talinn It-Tlieta 13 ta’ Lulju 9.00pm (Centenary Stadium)
//= $special ?>