Gowl ta’ Lucas Paqueta poġġa lill-Brażil fil-finali tal-Copa America hekk kif għelbu lill-Peru 1-0. Il-Brażil jistgħu jżommu r-rekord li jirbħu kull kompetizzjoni tal-Copa America li jkunu ospitaw hekk kif fil-finali tas-Sibt se jkunu qed jilagħbu kontra l-Arġentina jew il-Kolumbja.
Il-gowl ta’ Lucas Paqueta wasal fl-34 minuta meta wara azzjoni personali, Neymar sab lil Paqueta li xeħet ġewwa mill-viċin. Fi tmiem il-partita, Neymar qal li jixtieq li jilagħbu l-finali kontra l-Arġentina għaliex għandu ħafna minn sħabu fit-tim Arġentin.
//= $special ?>