Il-film Malti “Luzzu” ser jibda jintwera fiċ-ċinema minn Settembru li ġej. Dan il-film jittratta l-istorja ta’ sajjied li kellu jitlaq ix-xogħol u t-tradizzjonijiet tal-ġenerazzjonijiet ta’ qablu u jirrikorri għas-sajd illegali biex jipprovdi għall-familja tiegħu.
Tajjeb li wieħed isemmi li Jesmark Scicluna, sajjied mis-Siġġiewi u l-protagonist ewlieni ta’ dan il-film rebaħ unur prestiġġjuż f’wieħed mill-iktar festivals rinomati taċ-ċinema – is-Sundance Film Festival. Scicluna rebaħ il-Premju tal-Ġurija għall-parti drammatika li ħadem fil-film b’direzzjoni ta’ Alex Camilleri.
“Luzzu” hu l-ewwel film Malti li qatt intwera fis-Sundance Film Festival u irċieva bosta tifħir kemm mill-udjenzi kif ukoll mill-kritiċi taċ-ċinema b’rivisti internazzjonali bħal Variety u Screenplay ifaħħru it-teknika, it-tema u l-messaġġ ta’ dan il-film bl-ilsien Malti.
Dan il-film ser jibda jintwera għall-ewwel darba fiċ-ċinema waqt avveniment speċjali li ser isir fit-3 ta’ Settembru, qabel ma jinħareġ fiċ-ċinema lokali ħamest ijiem wara. Il-bejgħ tal-biljetti mill-Eden Cinema għall-avveniment tal-premiere issa huwa miftuħ u disponibbli.
//= $special ?>