Il-Fondazzjoni Spiro Mizzi ġeddet il-kollaborazzjoni ma’ Vittoriosa Stars li għall-għaxar staġun konsekuttiv żammew posthom fic-Challenge League . Meta indirizza lil ġurnalisti Maurice Mizzi, il-moħħ wara l-Fondazzjoni li ġġib isem missieru Spiro Mizzi għamel aċċenn dwar ir-rwol tal-istess Fondazzjoni mit-tkattir tal-element sportiv u kulturali fil-Kottonera b’mod partikolari fil-Birgu. L-għan tal-kollaborazzjoni huwa wkoll biex permezz tal-għajununa finanzjarja jkunu jistgħuy jitwettqu certi progetti fil-klabb.
Laurence Seychell, Vici President ta’ Vittoriosa Stars għamel enfażi li permezz ta’ kollaborazzjoni u għotja simili mill-Fondazzjoni Spiro Mizzi il-klabb ikun jista’ jkompli jiżviluppa f’mument meta mill-Laqgħa Ġenerali tal-klabb li saret dan l-aħħar bdew it-thejjijiet biex għal darb’oħra it-tim ikun kompetittiv fic-Challenge League. Maurice Mizzi ma naqasx milli jgħamel riferenza għar-rabtiet li huwa kellu fil-football lokali b’mod partikolari fis-snin li kien ghamel bħala President ta’ Floriana u fl-istess waqt izda ma setax ma jkattarx ir-rabtiet tiegħu mal-Birgu fejn kien twieled missieru Spiro Mizzi fl-1895
//= $special ?>