Minkejja l-impatt li l-Grey Listing tal-FATF għandu fuq pajjiżna l-Gvern qed ikompli jagħżel li jostor id-dokumentazzjoni u l-korrispondenza kollha li kien hemm bejn il-Gvern u l-Financial Action Task Force.
Mistoqsi fil-Parlament mill-Whip tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar, il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana saħaq li d-dokumentazzjoni mitluba hi ta’ natura sensittiva u għalhekk ma tistax tiġi żvelata.
Dokument ieħor li l-Ministru pprova jonqos milli jpoġġi kien il-pjan ta’ azzjoni liema dokument, l- ispeaker talbu li jrid ipoġġieh skont kif jesiġu r-regolamenti tal-kamra.
//= $special ?>