Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Goude appella biex il-gvern jaħdem biex il-pajjiż ikollu iktar siti ta’ patrimonju dinji rikonoxxuti mill-UNESCO.
Fil-parlament Karl Gouder qal li Gvern Nazzjonalista investa fir-restawr biex il-ġenerazzjonijiet tal-lum qed igawdu minn dawn il-proġetti. Hu kompla li għandu jsir sforz ikbar biex il-wirt kulturali jkun konservat u appella biex anki l-aspett turistiku jkun ikkunsidrat bi prijorità.
Jeħtieġ impenn politiku qawwi biex il-liġijiet li għandu l-pajjiż ikunu effettivi, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-pajjiż għandu jimmira biex ikollu iktar siti tal-UNESCO.
Dawn iġibu magħhom responsabbiltajiet kbar ta’ konservazzjoni iżda l-pajjiż isir iktar attraenti. Hu qal li tajjeb li iktar nies mis-settur kulturali jinġiebu flimkien biex il-wirt nazzjonali jkun konservat. Jeħtieġ ukoll li jiżdiedu r-riżorsi tas-Sovritendenza biex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom.
Meta tkellem dwar il-lingwa Maltija hu qal li biex din tinżamm ħajja, għandha tkun qed timmodernizza lilha nnifisha tul iż-żminijiet. Hu qal li l-fatt li Malta qed issir iktar kosmopolitana jista’ jgħin fl-iżvilupp tal-lingwa Matija. Karl Gouder semma’ lil Alfred Palma li ttraduċa La Divina Commedia mit-Tajan għall-Malti bil-prożi; dan hu affaxxinanti. Dan sar fuq perjodu ta’ 20 sena; il-poplu Malti għandu jirrikonoxxi lil dawn l-awtur.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem fuq l-importanza ta’ korsijiet fil-lingwa Matija għal nies li qed jgħixu f’Malta u qal li dan hu mezz importanti ta’ integrazzjoni.
//= $special ?>