Fil-partita mill-Europa Conference League, bejn Mosta u Spartak Trnava, minbarra d-debutt ta’ Mosta f’kompetizzjoni Ewropeja, rritornaw il-partitarji fl-istadium għall-ewwel darba f’sittax -il xahar.
F’pajjiżna l-partitarji kienu twaqqfu milli jidħlu fl-istadium f’Marzu tas-sena li għaddiet meta dakinhar kienu ukoll twaqqaf il-futbol lokali. Minkejja li matul din is-sena l-futbol tkompla u reġa twaqqaf qabel dak previst, f’Marzu li għadda wkoll il-partitarji xorta ma tħallewx jirritornaw u kien biss ilbieraħ li tħabbar li l-partitarji jistgħu jirritornaw fl-istadium.
//= $special ?>