Lokali Parlament

Jeħtieġ spazji miftuħa fin-Naxxar u f’Tas-Sliema

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg appellat biex f’Tas-Sliema u fin-Naxxar ikun hemm l-ispazji miftuħa neċessarji għall-komunità.

Fl-Aġġornament tal-parlament Claudette Buttigieg qalet li f’Tas-Sliema u fin-Naxxar hemm nuqqas ta’ spazju għall-faċilitajiet sportivi; fin-Naxxar hemm il-ħaxix artifiċjali mqatta’ b’periklu għall-istess tfal tan-nursery. Hi qalet li fin-Naxxar kien hemm il-pjani biex isir ground tal-football iżda s’issa għad m’hemmx indikazzjoni meta dan il-ground se jsir.

B’kuntrast għal dan, fin-Naxxar iż-żona tat-Trade Fair hi mmarkata biex fiha jsir żvilupp kbir ta’ appartamenti b’effetti kbar fuq il-popolazzjoni tal-lokal.

Issa qed jingħad li hemm proġett ieħor fin-Naxxar fejn se jinbnew ħames blokki ta’ appartamenti ta’ seba’ sulari kull wieħed. In-Naxxar qed jitlef il-karatteristiċi tiegħu kollha u l-lokal se jkollu popolazzjoni kbira ħafna tant li dan qed jinqasam bejn distretti differenti.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar Tas-Sliema u qal li n-nies tal-lokal qed isibu diffikultajiet kbar minħabba l-kostruzzjoni.