Sport Sport Ieħor

Julian Harding b’rekord tat-Triathlon fis-Salina fid-debutt tiegħu

Fis-Salina il-Ħadd filgħodu, Julian Harding rnexxielu jikser ir-rekord tal-korsa tat-Triathlon fid-debutt tiegħu. Harding kien l-ewwel triatleta li tela’ mill-baaħar wara 9 minuti 27 sekonda, fejn minn hemm qabad ir-rota fuq rotta ta’ 20 kilometru, fejn rnexxielu jiftaħ distakk bejnu u bejn Kai Azzopardi, triatleta ta’ 14-il sena, li daħal fit-tieni post.

Harding kiseb ħin ta’ 58 minuta u 38 sekonda biex kiser ir-rekord preċedenti ta’ Shaun Galea li kien ta’ 59 minuta u 17-il sekonda. Wara Azzopardi, ikklassifika it-triatleta Għawdxi Christopher Fenech.

Fil-kategorija tan0nisa Lara Buttigieg temmet fl-ewwel post, hekk kif żammet postha mill-bidu sa tmiem it-tellieqa, biex spiċċat it-tellieq f’ħin ta’ sija u 8 minuti u 40 sekonda. Fit-tieni post daħlet Pia Zammit b’ħin ta’ sija 14-il minuta u 56 sekonda, segwita minn Denise Cortis fit-tielet post.

“Kien tajjeb li wieħed jerġa jara t-tlielaq tat-triathlon jseħħu, minkejja posponiment żgħir fil-bidu tal-istaġun. Ninsabu grati għall-appoġġ u l-għajnuna murija mill-Awtoritajiet tas-Saħħa u SportMalta kif ukoll minn Transport Malta li ppermettewna li nospitaw dan l-avveniment. Grazzi tmur għall-atleti li jikkompetu ħerqana u segwew il-protokolli kollha meħtieġa biex jiżguraw ambjent sikur, ” spjega Euchar Camilleri, is-Segretarju Ġenerali ta’ Birkirkara St.Joseph Sports Club.

It-tellieq li jmiss hija skedata għal nhar il-Ħadd 18 ta’ Lulju fis-Salina fis-7.30am.