Lokali Qorti

L-akkużat bi frodi ta’ $700,000 fi Crypto Currency ma jikkoperax mal-Pulizija u jitqiegħed taħt att ta’ akkuża

Raġel residenti r-Rabat li qed jiġi mixli li wettaq frodi u li battal kartiera Crypto ta’ persuna li kien qed jieħu drink miegħu Tas-Sliema, u li minnu allegatament ħadlu $700,000 ma kkopera xejn mal-Pulizija meta ġie arrestat, tant li spiċċa f’ċella manettjat u ttieħidlu l-mobajl. Dan ħareġ meta kompla l-każ ta’ Luke John Milton, li qed jiġi akkużat li ffroda lil Dillon Attard, billi f’ħakka t’għajn żvujtalu l-ammont li kellu fil-mobajl.

Dan ħareġ meta kompliet il-kumpilazzjoni quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fejn xhieda numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija, u li wara x-xhieda tagħhom il-Qorti ddikjarat li hemm biżżejjed provi biex Milton jitqiegħed taħt att ta’ akkuża.

Milton, li huwa Direttur ta’ kumpanija t u li għandu 25 sena, qed iwieġeb mhux ħati ta’ miżapproprjazzjoni u frodi, serq tal-munita kripto, ħasil ta’ flus kif ukoll diversi ksur tal-Att dwar l-Assi Finanzjarji Virtwali. L-ewwel xhud kien is-Surġent Brian Xuereb li huwa ħabib tal-allegat vittma, fejn qal li dak inhar huwa kien ‘off duty’ u ċempillu u qallu, ‘ejja malajr tas-Sliema ghax ġejt iffrodajt fuq $700,000 minn fuq il-mobajl. Xuereb qal li ħass ċerta urġenza, biddel maljar u mar. Waqt it-telefonata sieħbu qallu. ‘attenti ma jmurx jaħrab minn fuq il-post.

Kif wasal sab fuq il-post sab lil Dylan Attard u lill-akkużat li kienu qegħdin jixorbu l-imbid. Tenna li dan kien fis-16 ta’ Ġunju li għadda fejn sieħbu kien ċempillu għall-ħabta tat-2.45pm u kien bagħtlu xi messaġġi qabel li iżda ma kienx raha.

Meta wasal Attard qallu li l-akkużat ħadlu l-mobile wara li hu kien bagħtlu xi $5,000 biex jaqlibomlu  minn cyrpto u meta tah lura l-mobajl, biex jaqleb minn mobajl għal mobajl, sabu zero. Milton kien fittex l-għajnuna biex jagħmel investiment ta’ €5,000 blockchain fuq il-mobajl. “Ma stajtx nemmen għajnejja meta ħadt il-mobajl lura u rajt li l-bilanċ tal-kartiera tiegħi kien sfuma,” qal Attard lis-Surġent Xuereb.

Ix-xhud qal li minn naħa tiegħu l-akkuzat qallu li ma rċieva xejn, u anzi kien hu li kien ġie ffrodat minn Dylon Attard. Is-Surġent qal li hu qalilhom li le t-tnejn qegħdin jgħidlu li kienu ffrodati l-aħjar huma li jagħmlu rapport fuq xuxlin.

Is-Surġent Brian Xuereb qal li mill-ewwel beda jagħmel kuntatti mal-Pulizija, u li kienu marru fuq il-post. Sakemm stenna lill-Pulizija jaslu kien baqa’ jitkellem maż-żewġ partijiet. Tenna li l-akkużat kien staqsih jekk hux minnu li huwa Pulizija, u ċempel biex jikkonferma dan.

Ix-xhud qal li waea waslu fuq il-post il-Pulizija l-FCID (Reati Finanzjarji) u marru żewġ Pulizija, li tkellmu maż-żewġ partijiet. It-tnejn kienu spiċċaw arrestati u saret talbu biex jittieħdlhom il-mobajls. Xueren qal li akkużat qajjem kommossjoni, u beda jappella għad-dritt tal-avukat u beda jgħajjar u jgħidilhom, “għaliex se tarrewstani” Qabel kien kalm iżda meta ntalab biex jgħaddi l-mobajl qajjem ferment.

Tenna li tal-FCID li kienu pajżana, qabduh minn idejh biex imur magħhom u qalulu li qabel l-interogazzjoni kellu dritt għall-avukat. Marru bih l-FCID u ma jafx x’ġara iżjed u dan kien għall-ħabta tal-5.00pm.  

Wara xehed is-Surġent Gilbert Gatt, mill-FCID. Qal li fis-16 ta’ Ġunju, għall-ħabta tal-4.00pm kien kellmu Surġent min sezzjoni tiegħu u qallu li ċempillu s-Surġent Brian Xuereb, li kien qieħed ma’ tnejn minn nies, x’aktarx vittmi ta’ frodi.  

Qal hu u Pulizija ieħor marru ix-Xatt tas-Sliema fejn sabu lill-akkużat u l-allegat vittma jixorbu flimkien u li t-tnejn bdew jallwgaw li kien ġew frodati. Huwa qalilhom biex aħjar jagħtuhom il-mobjals u mmorru l-uffiċċju,

Dylan Attard ikkopera mill-ewwel iżda Milton ma kkopera xejn. Beda jgħajjat u jgħdid li huwa l-vittma. Qal li jaħdem il-Qorti, iżda ma qalx fejn. Il-mobajl daħlu fil-but u beda jfixkel fix-xogħol tal-Pulzija u baqa’ ma riedx jgħaddi l-mobajl.

Ix-xhud kompla jgħid li qalulu li se jarrestawh u ħaduh fil-karozza, bil-mobajl jibqa’fil-but u qagħdu attenti li ma joħorġux u jipprova jaċċessah. “Għamilna ċerti li ma joħroġx il-mobajl mill-but, baqa’ ma riedx jgħaddih u ġie mmanettjat u ttieħdlu l-mobajl mill-but.

L-għada għall-ħabta tas-1.30pm. saru tfittxijiet fil-postijiet li l-akkużat għandu aċċess għalihom. Marr d-dar tiegħu fir-Rabat dejjem fil-preżenza tiegħu. Qalilhom li m’għandux aċċess għall-post u riedx jiftaħ. U reġa’ ma kkoperax u ġie deċiż li jitħalla Pulizija fix-point mar-residenza u marru jkomplu bit-tfittixijiet.

Is-Surġent Gatt qal li marru showroom f’Ħal-Qormi u ltaqa’ magħhom esperti tal-Qorti li kien preżenti waqt it-tftixxija. Daru ix-showroom kollha, u hemm ġew elevati żewġ computer hard drives. Dawn ġew żarmati minn espert.

Ix-xhud qal li beda jissuspetta ħażin għax li kif waslu fix-showroom ma sabu l-ebda tagħmir elettroniku, kull ma sabu kien biss żewġ hard discs, li qatt ma ntużaw. Kien hemm ukoll desk-printers imma computers ma kienx hemm.

Ix-xhud qal li fix-showrrom l-akkuat beda jikkopera xi ftit u qalilhom li kien se jġib iċ-ċavetta tal-post tar-Rabat mingħand it-tfajla tiegħu. Qal li kienu ltaqgħu magħha San Ġwann u marru r-Rabat u saret tfittxija, fir-residenza fejn hemm instab I phone 6 plus imkisser, kaxxa tal-mobajl li kellu fuqu ġurnata qabel ġurnata tas-Sliema. Mir-Rabat ġew elevati wkoll xi devices.

Xehe d ukoll l-Ispettur Wayne Borg li qal li fis-16 ta’ Ġunju fil-4.45 pm. kien infurmah is-Surġent Gatt, li f’ħanut kien hemm tnejn minn nies x’aktarx vittmi ta’ frodi. Qal li l-Crypto Currency huwa  suġġett sensittiv.

Tenna li mar fuq il-post qal li meta ntalbu l-mobajls, ma’ Attard ma kienx hemm problemi u mill-ewwel għaddih, imma Milton le. Qallu liu jaħdem il-qorti, imma ma qalx xejn u fejn, Qallu biss li jkollu ħafna kawżi u qal li huwa Direttur kumpanija.

Ix-xhud beża jarresta lill-akkużat meta kellu il-mobajl fil-but għax beża li tista ssir xi ħsara. Meta daħlu filbini tal-FCID, Milton semma’ wkoll lista ta’ avukati li ried iġib. Reġa’ kellmu biex jagħtih il-mobajl u baqa’ ma riedx u kellhom jarrestawh u użaw il-manetti.

Qal li ħadulu l-mobajl u żammewh viċin tiegħu għax beda jgħid li seta’ jsir xi tbagħbis fuqu. Baqa’ jipprotesta, li għandu d-drittijiet, u wara meta daħħluh fiċ-ċella neħħewlu l-manetti u xorta kellu l-viżjoni tal-mobajl. Minn hemm daħal l-Ispettur Antoine Scerri fejn kompla bl-investigazzjonijiet.

Fuq għadd ta’ mistoqsijiet minn naħa tal-prosekuzzjoni x-xhued qal li l-akkużat  wkoll l-arrest. Wara kienet diskussa l-applikazzjoni minn naħa tad-difiża għal libertà proviżorja. L-Avukat Ġenerali qal li ma jaqbilx għax-ir-reati huma gravi.

Id-difiża qalet li allura kulll min huwa akkużati b’reati finanzjarji ma jingħatax bail. U meta kien se jiġi kkwotat li kien hemm min ingħata l-pleġġ fuq reati gravi, l-Qorti qalet li kull każ huwa uniku. Id-difiża qalet li din li l-Prosekuzzjoni tgħid li trid tkompl tinvestiga, hija ‘fishing expedition.

Staqsa x’hinija l-biża tal-intraċċ tal-provi? Bis-sottomissjonijiet ikunu fit-tul fejn anke ssemma l-fatt li l-password tal-mobajl baqa’ ma ngħatax mill-akkużat, xi ħaġa li għandu dritt jagħmel, fejn saru wkoll sottomissjonijiet fuq id-dritt tal-libera tal-akkużat u li fl-Ingilterra kien hemm ukoll każ fejn persuna akkużat b’ammont ta’ $534 miljun ta’ frodi wkoll ingħata l-libertà, bil-Prosekuzzjoni tikkwota sentenza oħra li jitkellmu b’mod differenti, l-Qorti deherilha li kienet semgħet biżżejjed.

Il-Qorti ordnat ukoll li espert għandu jagħmel ix-xogħol tiegħu, dejjem jekk jista’ fejn f’każijiet bħal dawn irid imur barra l-pajjiż minħabba li pajjiżna mhux attrezzat biex ikun informazzjoni fuq tagħmir ta’ din ix-xorta. L-espert tal-Qorti kien ordnat biex mill-ewwel jinforma lill-istess Qorti jekk hux lest li jibda x-xogħol minnufih, inkella jitqabbad espert ieħor, peress li l-Qorti ma tridx titlelf żmien.

L-Ispettur Anthony Scerri flimkien mal-avukati tal-Avukat Ġenerali Karl Muscat u Francesco Refalo mewxxew il-Prosekuzzjoni. L-Avukati Charles Mercieca u Matthew Xuereb kienu l-avukati difensuri. L-avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru parte civile għan-nom tal-allegat vittma. Il-ka ikompli fil-11 ta’ Awwissu fl-10.00am.