Kawża tal-pandemija tal-Covid-19, il-Grand Prix tal-Formula 1 u anke dak tal-Moto GP li kellhom isiru fl-Awstralja ġew ikkanċellati.
Il-Grand Prix tal-Formula 1 kellu jsir bejn d-19 u l-21 ta’ Novembru, biċ-chairman tal-Australian Grand Prix Corporation jgħid li huwa ta’ diżappunt li dawn l-avvenimenti kellhom għal darb’oħra jiġu kkanċellati.
Minn naħa l-oħra l-Grand Prix tal-Moto GP kellu jsir fl-14 ta’ Ottubru. Jidher li minkejja li dawn iż-żewġ Grand Prix ġew ikkanċellati xorta se jkunu qed isiru Grand Prix oħra biex jieħdulhom posthom.
//= $special ?>