EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

L-ewwel semifinali, Italja kontra Spanja

(Ritratt: EPA)

Illejla f’Wembley Stadium tintlagħab l-ewwel semifinali bejn l-Italja u Spanja fejn din se tkun ripetizzjoni tal-finali tal-istess kompetizzjoni li saret fl-2012, fejn dakinhar Spanja kienu ħarġu rebbieħa 4-0.

Fil-partita ta’ llejla l-Italja jibdew bħala favoriti, mhux biss għax kienu fost l-aktar konsistenti f’dan it-tournament iżda ilhom ukoll aktar minn 30 partita ma jitilfu. Minn naħa l-oħra Spanja kellhom bidu diffiċli f’dan it-tourament hekk kif kienu miżmuma fi draw fl-ewwel żewġ partiti qabel ma rebħu l-aħħar partita tal-grupp. Fil-fażi tan-knockout, Spanja għadhom ma rebħux partita fid-90 minuta hekk kif kwalifikaw wara l-ħin barrani u l-għoti tal-penalties rispettivament.

Għal dan il-konfront l-Italja se jkollhom nieqes, lil Leonardo Spinazzola, wieħed mill-aktar plyaers li spikka li sfortunament weġġgħa fl-aħħar partita u se jdum nieqes mill-azzjoni għal bosta xhur.

Fil-partita preċidenti, Spanja rebħu 12-il darba filwaqt li l-Italja rebħu disa’ partiti.

Semifinali: Italja v Spanja 9.00pm