Internazzjonali

Liġi kontroversjali fin-Norveġja

Meta nqallbu fuq il-media soċjali, ninnotaw diversi ritratti… iżda kultant ikun diffiċli li tgħid liem huma r-ritratti editjati u liem huma dawk ir-ritratti mingħajr ebda irtokki. Il-fatt li dan jiġri mingħajr ma nindunaw forsi ma jdejjaqx lil kulħadd iżda żgur li jdejjaq lil min jagħmel il-liġijiet fin-Norveġja.

Filfatt, fl-aħħar sigħat, fin-Norveġja daħlet fis-seħħ liġi meqjusa kontroversjali – u issa, skont din il-ligi, meta influencer jew persuna tpoġġi ritratt li fuqu jkollu editing jew filter, trid tikteb li dan ir-ritratt kien modifikat u trid tagħti d-dettalji. Jekk ma tagħmilx hekk, ikun ifisser li inkissret il-liġi.

Ir-regoli l-ġodda se jaffettwaw kwalunkwe post imħallas fil-pjattaformi kollha tal-midja soċjali, bħala parti minn sforz biex tnaqqas il-pressjoni fuq iż-żgħażagħ ta’ kif għandu jew m’għandux jidher persuna fiżikament.