Futbol Sport

Mil-lum, il-partitarji jibdew jirritornaw fl-istadiums f’pajjiżna

Wara aktar minn 16-il xahar minħabba l-pandemija tal-Covid-19, mil-lum il-partitarji tal-futbol lokali jistgħu jirritornaw lura fl-istadium.

Il-partitarji li se jattendu għal dawn il-partiti jrid ikollhom biljett tal-partita kif ukoll iċ-ċertifikat tal-vaċċin. Dokument ta’ identifikazzjoni se jkun mitlub lil dawk li jattendu qabel ma jidħlu fl-istadium. Il-partitarji kollha li se jattendu jridu jibqgħu bil-maskla tul il-partita kollha filwaqt li jirrispetaw il-miżuri tad-distanza soċjali.

Kull min mhux se jkun qed mixi mar-regoli maħruġa mhux se jitħalla jidħol fl-sitadium.