EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Qabel il-partita bejn l-Italja u Spanja se tingħata tislima lil Raffaella Carrà

(Ritratt: EPA)

Illejla qabel, is-semifinali tal-Euro 2020 bejn l-Italja u Spanja se tkun qed tingħata tislima lill-kantanta u żeffiena Raffaella Carrà li mietet ilbieraħ. Carrà kellha 78 sena u mietet wara li kellha marda terminali.

Qabel il-partita ta’ llejla se jkunu qed jindaqqu wħud mill-kanzunetti ta’ Carrà, bil-President tal-FIGC Gabriele Gravina jgħid li jrid li Carrà titfakkar b’siltiet mill-kanzunetti tagħha.