il-kowċ Spanjol Luis Enrique ikkonferma li t-tim tiegħu se jkun mingħajr il-pljer Pablo Sarabia li weġġa’ fil-partita tal-kwaritifnali kontra l-Iżvizzera. Enrique qal li Sarabaia sofra injury f’ġenbu u għalhekk mistenni jibda b’Gerard Moreno jew Dani Olmo minfloku.
Sarabia impressjona mhux ftit f’din l-edizzjoni tal-Euro 2020 fejn skorja żewġ gowls għat-tim Spanjol kontra l-Islovakkja u l-Kroazja, kif ukoll provda żewġ assists lil sħabu. Minkejja li n-nuqqas ta’ Sarabia se jinħassa, Enrique ikkonferma li l-kumplament tal-iskwadra tinsab preparata fiżikament u mentalment għas-semifinali kontra l-Italja, hekk kif qed jaspiraw li jirbħu il-kompetizzjoni għat-tielet darba fl-istorja tagħhom.
//= $special ?>