Ulied l-eks Prim Ministru Duminku Mintoff iddiżassoċjaw ruħhom mill-ktieb ippubblikat minn Patri Mark Montebollo dwar il-ħajja ta’ missierhom.
Fi stqarrija, Anne McKenna u Yana Mintoff, qalu li l-ktieb ‘The Tail that Wagged the Dog’ huwa miżgħud b’affarjiet mhux korretti u b’allegazzjonijiet mhux sostanzjati u gideb dwar Dom Mintoff.
Huma qalu li ħadd mill-familja ta’ Duminku Mintoff ma ġie kkonsultat jew ma ngħata l-opportunità li jara l-ktieb qabel il-publikazzjoni tiegħu. Qalu li l-uniku intervista li saret ma’ membru tal-familja minn Mark Montebello saret snin ilu ma’ Anne McKenna. Ingħad li din l-intervista twaqqfet għall-għarrieda minħabba l-attitudni sfurzata li ħa Montebello.
//= $special ?>