Wieħed mill-aħwa Maksar kien għadu kemm irritorna minn ‘irtir’ fi Sqallija meta ġie arrestat barra garaxx f’Ħaż-Żebbuġ, propjeta tal-istess aħwa fejn tfittxija mill-pulizija kienet għaddejja meta bilkemm kienu laħqu għaddew xahrejn wara li Daphne Caruana Galizia nqatlet fi splużjoni ta’ karozza bomba.
Dawn id-dettalji ngħataw fil-Qorti minn Spettur tal-pulizija waqt il-kumpilazzjoni tal-provi kontra Robert u Adrian Agius magħrufa bħala tal-Maksar, Jamie Vella u George Degiorgio li qed jiffaċċjaw akkużi marbuta mal-involviment tagħhom fil-qtil tal-2017 kif ukoll il-qtil tal-2015 tal-avukat minn Birkirkara Carmel Chircop .
L-Ispettur Malcolm Bondin, li kien inkarigat li jmexxi dak ir-rejd fl-4 ta’ Diċembru 2017, fakkar fit-tfittxija kmieni filgħodu u l-arrest sussegwenti ta’ Anton Cachia, ir-raġel li kellu ċ-ċwievet ta’ proprjetà pjuttost imdaqqsa.
Huwa xehed li għall-ħabta tad-9.15am, waqt li l-uffiċjali kienu qed jgħarblu l-kontenut tal-garaxx li kien jikkonsisti l-aktar f’karozzi u spare-parts ta’ vetturi, karozza sewda kien għaddiet mill-inħawi, u mill-ewwel għorkitu għajnu.
Huwa kien rrikonoxxa lil Adrian Agius, wieħed mill-aħwa Maksar li dak iż-żmien kien ukoll fil-mira ta’ mandat ta’ arrest. L-Ispettur fil-pront ċempel lill-investigatur ewlieni Keith Arnaud li tah struzzjonijiet biex jipproċedi bl-arrest ta’ Agius jekk is-suspettat jerġa’ jintlemaħ. U kien preċiżament dak li għamel Bondin hekk kif il-karozza sewda għaddiet mill-garaxx it-tieni darba.
Mistoqsi dwar ir-reazzjoni ta’ Agius meta qalulu li kien qed jiġi arrestat b’rabta mal-qtil ta’ Caruana Galizia, Bondin qal li baqa’ kalm. Agius kien spjega li kien għadu kemm ġie lura minn irtir fi Sqallija u ra l-preżenza tal-Pulizija madwar il-garaxx, kien niżel biex jiċċekkja, il-karozza tiegħu li kienet għadha mgħobbija bil-ħwejjeġ u boroż ta’ ħwejjep maħmuġin mill-vjaġġ, sostne ix-xhud.
Wara, xehed l-ex Assistent Kummissarju Martin Sammut, li qal li fżperjodu massimu ta’ tmien minuti mit-telefonata dwar l-isplużjoni fil-Bidnija għall-ħabta tat-3.00pm tas-16 ta’ Ottubru 2017, huwa kien fuq il-post.
L-ewwel reazzjoni tiegħu kienet li jaqbad ‘fire extinguisher’ f’attentat biex jitfi l-fjammi li kienu ħerġin mill-vettura f’nofs l-għelieqi. Iżda kien kollu għalxejn. “Il-karozza kienet inħakmet minn nirien kbar, qal Sammut, waqt li fakkar kif l-għajnuna minn diversi taqsimiet tal-Pulizija waslu malajr fuq il-post.
Żagħżugħ, aġitat ħafna, kien ġera lejn il-vettura li kienet qed taqbad, u għajjat li ommu kienet hemmhekk. Kien Matthew Caruana Galizia. “Allura meta għamilt ‘one plus one’ ikkonkludejt li l-persuna ġewwa l-karozza kienet Daphne Caruana Galizia,” spjega ix-xhud, waqt li fakkar il-konversazzjoni qasira tiegħu mat-tifel tal-vittma li ppruvaw jikkalmawh.
Meta l-fjammi ġew mitfija, huwa seta ‘jara figura ġewwa l-fdalijiet iżda li kienet spiċat fi “skeletru, tant maħruqa” li għamel l-identifikazzjoni bħala impossibbli. Biċċiet ta’ laħam uman maħruq u mxerrerd madwar ix-xena tad-delitt li Sammut għen biex jippreserva waqt li esperti forensiċi, flimkien ma’ uffiċjali tal-Europol, ħadmu sa tard bil-lejl.
Il-Qorti semgħet ukoll li George Degiorgio, wieħed mill-allegati qattiela, kien allegatament bagħat l-SMS biex jattiva l-bomba li qatlet lil Caruana Galizia, u kien talab ‘mobile top up’ mingħand ħabib dak in-nhar ta’ Ottubru filgħodu.
Dak il-ħabib, Miguel Caruana xehed li kien irċieva telefonata mingħand Degiorgio għall-ħabta tal-11.30am u kien xtara l-vawċer mitlub mitlub minn bazaar ta ’Ħal Tarxien eżatt qabel il-ħin tal-għeluq. Huwa kien grif dak il-vawċer u bagħat it-top-up lil Degiorgio permezz ta’ SMS, spjega Caruana.
Xi xahrejn wara dak l-episodju, saret tfittxija id-dar ta’ Caruana, u l-oġġetti personali kienu maqbuda, inkluż ‘hard disk’ li kien fiha ritratti tal-familja, u li sal-lum, kienu għadhom ma ġewx ritornati mill-pulizija, temm jgħid ix-xhud.
Is-seduta intemmet bix-xhieda ta’ omm li rat l-isplużjoni tal-Bidnija waqt li kienet qed issuq lil bintha ta’ erba’ snin mill-iskola. Charlene Abela kienet waslet biex titlaq lejn il-wied tal-Bidnija meta karozza ħarġet minn sqaq, eżatt wara tagħha.
Qalet li hija kienet qed issegwi persuna f’distanza mill-qrib, “bejn wieħed u ieħor it-tul tal-awla tal-qorti”, meta rat “spark, bħal splużjoni żgħira” taħt il-karozza quddiemha, li wasslitha biex istintivament tnaqqas il-veloċità.
Imbagħad f’daqqa waħda hekk kif il-karozza l-oħra żiedet il-veloċità, li segwiet fi splużjoni qawwija ħafna u x-xhud innotat “xi ħaġa kbira,” li kienet twaddbet mill-vettura sploduta, lejn il-ġenb fuq in-naħa tax-xellug, fejn indikat d-daqs tall-oġġett b’idejha.
Hekk kif il-karozza tal-vittma ħarġet mill-għelieqi, ix-xhud rat vettura oħra li kienet qed issuq fid-direzzjoni opposta. Ix-xufier, raġel anzjan, viċinl-vettura li kienet qed taqbad. Kemm hu kif ukoll ix-xhud kienu fi stat ta’ xokk, hija qalet, u żiedet tgħid li l-ewwel reazzjoni tagħhom kienet li jċemplu l-għassa tal-Mosta għall-għajnuna. Tenniet li hu kien kellimha mit-tieqa. Aktar tard marret id-dar, saqet lura mill-Bidnija u kienet fost l-ewwel li xehdet l-għada fl-inkjesta maġisterjali.
L-Avukat William Cuschieri qed jidher għal Degiorgio, filwaqt li l-Avukati Alfred Abela u Rene Darmanin qed jidhru għall-aħwa Agius u għal Vella.- L-Avukati Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia qed jidhru għall-familja Caruana Galizia filwaqt li l-Avukat Vince Galea qed jidher għall-familja tal-Avukat Chircop.
Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mis-Supretendent Keith Arnaud flimkien mal-Ispetturi Shawn Pawney u Wayne Camilleri. Huma qed jiġu mgħejjuna mill-Avukat George Camilleri mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.Il-każ ikompli l-Erbgħa, 14 ta’ Lulju li ġej.