Lokali

Ċiklist Rumen iweġġa’ fil-Gżira

Ġie rikoverat l-isptar Mater Dei Rumen li sofra ġrieħi f’inċident bir-rota fil-Gżira.

Iċ-ċiklist ta’ 37 resident Tas-Sliema kien qed isuq ir-rota tiegħu fi Triq D’Argens, il-Gzira ilbieraħ għall-ħabta tat-8.15pm meta kellu impatt ma Peugeot 108 misjuqa minn raġel ta’ 29 sena mill-Imsida.

Il-Pulizija issejħet biex tagħti l-assistenza tagħha u marret mill-ewwel fil-post u hemmhekk sabet liċ-ċiklist bi ġrieħi.

Filfatt huwa ngħata l-assistenza minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u
ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Tags