Lokali

Il-priġuniera li mietet xtaqet tirrijabilita ruħha mid-droga

II-priġuniera ta’ 29 sena li nhar il-Ħadd tilfet ħajjitha wara li ppruvat tagħmel suwiċidju xtaqet issegwi programm ta’ rijabilitazzjoni tal-Caritas iżda ma tħallitx tagħmel dan minħabba l-leġiżlazzjoni attwali.

Il-Caritas ilha tippromwovi aktar flessibilità għall-priġunieri bi sfidi tad-droga, inkluż li dawn jitħalew isegwu l-programm malajr kemm jistajkun fil-każ ta’ sentenzi qosra, partikolarment fejn jidħlu individwi vulnerabbli.

Caritas ġiet ikkuntattjata wara li l-preżentatur popolari Peppi Azzopardi sostna fuq Facebook li l-priġuniera riedet issegwi programm iżda ma tħallietx. Il-priġuniera mietet l-isptar nhar il-Ħadd, madwar ġimagħtejn wara li nstabet mitlufa minn sensiha fiċ-ċella tagħha wara attentat ta’ suwiċidju.

Hi kellha problema tad-droga u kienet qed tiskonta sentenza ta’ sentejn ħabs wara li ammettiet sitt akkużi ta’ frodi u serq fi Frar li għadda.