It-Tlieta 6 ta’ Lulju f’nofsinhar għalqu n-nomini għar-rappreżentanti tal-Kunsill Ġenerali fl-Eżekuttiv tal-PN, b’total ta’ 25 nominazzjoni għal 18-il post fil-Kumitat Eżekuttiv. L-elezzjoni għall-membri tal-Kumitat Eżekuttiv se ssir il-Ġimgħa 16 u s-Sibt 17 ta’ Lulju. Fl-istess ġranet issir ukoll l-elezzjoni għall-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, li l-unika nominazzjoni hi dik ta’ Mark Anthony Sammut u għaldaqstant l-elezzjoni tkun dik ta’ konferma.
L-elezzjoni għall-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tikkonsisti f’erba’ listi: waħda bl-ismijiet taż-żgħażagħ, waħda tal-Għawdxin, lista tan-nisa u lista oħra tal-irġiel. Skond l-istatut tal-PN iridu jiġu eletti erba’ żgħażagħ, żewġ Għawdxin, 6 nisa u 6 irġiel. Nominazzjonijiet għal-lista taż-żgħażagħ daħlu erbgħa u għalhekk huma awtomitakament eletti. Dawn huma Alexander Borg, Bernice Theresa Bonello, Charlene Camilleri, u Alexander Jacobsen. Nominazzjonijiet għal-lista ta’ l-Għawdxin daħlu tnejn u għaldaqstant eletti awtomatikament huma Beppe Galea u Maria Victoria Theuma.
Il-persuni li se jikkontestaw fl-elezzjoni biex jiġu eletti 6 irġiel u 6 nisa huma dawn: Irġiel: Alexander John Abela, Ignatius J. Abela, Mark Azzopardi, Michael Fenech Adami, Anthony Galea, Joseph Giglio, Alex Perici Calascione, Michael Richard Piccinino, Francis Zammit Dimech.
Nisa: Roselyn Borg, Mary Cachia, Elizabeth Curmi, Michela Dalli, Alexandra Farrugia, Paula Mifsud Bonnici, Veronica Perici Calascione, Julie Zahra, Dolores Zammit, Francesca Zammit.
L-elezzjonijiet se jsiru d-Dar Ċentrali l-Ġimgħa 16 ta’ Lulju mill-17:00 sad-21:00 u s-Sibt 17 ta’ Lulju mid-09:00 sas-13:00. F’Għawdex il-votazzjoni ssir fis-subheadquarters tal- Partit Nazzjonalista f’Ta’ Sannat l-Ġimgħa 16 ta’ Lulju mill-17:00 sad-21:00 u s-Sibt 17 ta’ Lulju mid-09:00 sal-11:00. Għawdxin li jixtiequ jivvutaw Malta u l-Maltin li jixtiequ jivvutaw Għawdex jistgħu jagħmlu dan
//= $special ?>