Lokali Saħħa

Persuni bis-Cystic Fibrosis se jkollhom il-mediċina fuq il-formularju tal-POYC

14-il persuna bil-kundizzjoni tas-Cystic Fibrosis se jkunu jistgħu jibbenefikaw minn mediċina b’xejn hekk kif din issa se tibda tkun disponibbli fil-formularju tal-POYC.

Il-provvediment ta’ din il-mediċina, jew mediċini, għaliex hemm numru ta’ mediċini differenti għal din il-kundizzjoni, se tkun qed ittaffi mill-piż finanzjaru li dawn il-persuni ilhom għaddejjin minnu minħabba li l-kura li jieħdu tiswa ħafna flus.

Persuni bis-CF u qraba tagħhom ilhom is-snin jitolbu li jingħataw  l-għajnuna għaliex l-ispejjeż li kienu qed jiffaċċjaw sempliċiment biex jixtru l-mediċina li għandhom bżonn kienu kbar ħafna.

Filfatt għaqdiet volontarji f’pajjiżna kienu regolarment itellgħu attivitajiet sabiex jgħinu fi ġbir ta’ fondi għall–persuni milquta minn din il-kundizzjoni.

Issa, wara ħafna appelli minn diversi partijiet, din il-mediċini se tkun disponibbli għal dawk li ma jistgħux jgħixu mingħajrha.