55 każ ġdid ta’ Covid-19, filwaqt li fiequ 6 persuni minn dan il-virus. Din l-informazzjoni ħarġet mill-paġna tas-Saħħa fuq Facebook hekk kif issa l-każijiet attivi telgħu għal 159.
L-aħħar darba li kellna ‘il fuq minn 50 każ, kien f’April, bil-każijiet fl-aħħar jiem jidhru li qed jiżdiedu b’rata xejn sabiħa hekk kif kellna żieda ta’ 30 każ ġdid bejn l-Erbgħa u l-Ħamis.
Il-każijiet totali mis-sena li għaddiet ‘l hawn issa telgħu għal 30,755, filwaqt li 30,176 minn dan it-total irkupraw mill-pandemija. Aħbar tajba hi li fl-aħħar sigħat ma kellna l-ebda mewta kaġun tal-Covid, biex l-ammont ta’ vittmi baqa’ 420.
S’issa ngħataw ‘il fuq minn 696,000 tilqima, u 344,666 persuna huma mlaqqma biż-żewġ dożi.
Minn email li ntbagħat mill-kamra tal-aħbarjiet ta’ Net News, il-Ministeru tas-Saħħa qalilna li sal-Erbgħa kien hemm 3 persuni Mater Dei, b’persuna fl-ITU u t-tnejn l-oħra fl-IDU. Mhux magħrufa l-etajiet ta’ dan il-persuni iżda ntqal li dawn il-pazjenti ma ħadux it-tilqima kontra l-Covid-19.
Sal-Erbgħa kien hemm 10 każijiet bil-varjant Indjan.
Sorsi tagħna qalulna li l-ammont ta’ persuni li nstabu fl-aħħar jiem 90% minnhom huma persuni li mhux mlaqqma u studenti tal-Ingliż.
Rapporti qed jgħidu li l-Ministeru tas-Saħħa qed jippjana li jagħti t-tilqima lil dawk l-istudenti li jkunu se jdumu ‘il fuq minn xahrejn f’pajjiżna.
Intant mill-ilmenti li qed jirċievi dan l-istazzjon huma bosta persuni li għadu mhux jirnexxielhom iniżżlu ċ-ċertifikat tal-vaċċin…. b’domanda għal Net News Chris Fearne kien qalilna li dan in-nuqqas inħoloq minħabba li kien hemm negliġenza fid-dħul tal-informazzjoni ta’ numru ta’ persuni meta kienu ħadu l-vaċċin.
//= $special ?>