Lokali

600 immigrant jinsabu bejn Malta u Sqallija

Ritratt: Arkivji

Kważi 600 persuna jinsabu bejn sema u ilma hekk kif jinsabu bejn Malta u Sqallija b’riskju li jinqabdu bla ikel.

Sorsi Taljani qalu li l-NGO Ocean Viking salvaw 572 persuna, li kienu fuq 6 dgħajjes.

Skont l-SOS Mediterranee 4 mis-6 dgħajjes kienu jinsabu fiz-zona tat-tiftix u salvataġġ ta’ Malta. Filwaqt li t-tnejn l-oħra fl-SAR tal-Libja.

Ir-rapporti qalu li l-Ocean Viking diġà bagħtu 5 talbiet lill-awtoritajiet Maltin u Libjani iżda l-awtoritajiet baqgħu ma weġbux.