Internazzjonali

Afrika t’Isfel: L-eks President Zuma iċedi lill-pulizija

L-eks President tal-Afrika t’Isfel,  Jacob Zuma, ċeda ruħu f’idejn il-pulizija biex jibda jiskonta sentenza ta’ 15-il ħabs għal disprezz lill-qorti.

Fl-aħħar sigħat Zuma, li ilu s-snin suġġett għall-akkużi dwar korruzzjoni,  daħal fl-Estcourt Correctional Centre fil-provinċja ta’ KwaZulu-Natal – u wara li l-pulizija wissew li kienu lesti biex jarrestawh ‘f’sitwazzjoni fejn hu ma kellux iżomm mad-deadline biex jippreżenta ruħu lill-qawwiet tal-liġi.’.

Jacob Zuma, li għandu 79 sena, weħel is-sentenza ta’ priġunerija matul il-ġimgħa li għaddiet wara li naqas milli jattendi inkjesta dwar il-korruzzjoni. Is-sentenza, fl-istess ħin, irriżultat fi drama legali mingħajr preċedent fl-Afrika t’Isfel fejn qatt qabel ma kien hemm sitwazzjoni fejn eks President kien imġiegħel jiskonta sentenza ta’ ħabs.

Ir-rapporti qalu li Zuma ‘iddeċieda li jikkoopera mal-pulizija’ wara li, għall-bidu, kien qed jirrifjuta li jċedi ruħu f’idejhom.