Kienu bil-bosta r-reazzjonijiet fuq il-media soċjali għall-iskandlu tas-senserija u r-rigal ta’ €9,000 li Yorgen Fenech ta lil Rosianne Cutajar għal għeluq sninha.
Spikkaw fuq kollox diversi kummenti sarkastiċi, filwaqt li uħud għaddew botti sottili u f’xi waqtiet b’ton niggieżi għal dak li ġara bejn Yorgen Fenech u Rosianne Cutajar.
Mir-rapport tal-Kummissarju George Hyzler ħarġet konferma kemm kienu “close” hi u l-imprenditur mixli bl-involviment fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, b’Cutajar fil-fatt qalet, b’dikjarazzjoni tagħha stess illi dak l-ammont ta’ flus tad-€9,000 ma kinux senerija… imma kienu birthday present”.
Kienu ħafna dawk illi kitbu li dalwaqt se jagħlqu sninhom u li rigal hekk jieħdu gost bih. Persuna oħra qalet li mhux sew li sħabha qatt ma tawha rigali bħal dawn forsi għax il-ħbiberija tagħhom hija waħda ġenwina….
Oħrajn kitbu li rigal bħal dak huwa ta’ piż kbir u li jġib miegħu ċertu pjaċiri…. Messaġġ iehor indika illi jittama li nżammet id-distanza soċjali…. filwaqt li persuna oħra qalet li b’azzjoni bħal din, Rosianne Cutajar ħolqot aktar problemi għaliha nnifisha.
//= $special ?>