Lokali

Ċanfira oħra għal Rosianne Cutajar

Il-pożizzjoni tal-Gvern, u tal-eks Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar dwar il-prostituzzjoni ma kinitx waħda informata, u ma kienx hemm biżejjed għarfien hi biex tieħu d-deċizjoni li ħadet.

Dan ħareġ minn stqarrija li ppubblikaw 45 organizazzajoni li ingabru f’Koalizzjoni bl-organizzazzjonijiet issa qed appellaw biex il-Ministru Owen Bonnici jbiddel il-pożizzjoni li kienet ittieħedet mill-predeċesur tiegħu Rosianne Cutajar.

Dan għaliex issa r-riformi se jitmexxew mill-Ministru Bonnici.

Fl-istqarrija, il-koalizzjoni qalet illi n-normalizzazzjoni tal-prostituzzjoni tagħmel ħsara lill-pajjiż u tagħmel biss ġid lill-kriminalità organizzata. Kważi 3 minn kull 4 Maltin jaħsbu li l-legalizzazzjoni tal-protituzzjoni tagħmilha faċli biex jikbru reati marbuta ma’ ħasil ta’ flus, traffikar tal-persuni u drogi.

80% jemmnu li l-vjolenza domestika, speċjalment fuq it-tfaljiet tiżdied jekk tkun legalizzata l-prostituzzjoni dan filwaqt li 81% saħqu li l-prostituzzjoni ġġielhom iħossuhom inqas sikuri fi djarhom għaliex legalizzazzjoni tfisser li l-prostituzzjoni tkun tista’ ssir kullimkien saħansitra fl-istess blokka appartamenti li wieħed ikun jgħix fiha.

Intqal ukoll li jekk il-prostituzzjoni tkun legalizzata se jinħoloq turiżmu ta’ persuni li jiġu f’pajjiżna biss għal dan l-għan, filwaqt li n-nisa u t-tfajliet se jkunu aktar u aktar degradati.

Il-koalizzjoni qalet li bl-aħħar żviluppi li Malta qed taffaċċja anki fid-dawl tal-greylisting mill-FATF, Malta ma tistax taffordja aktar dubju bil-liġijiet li qed ifassal il-Gvern.