F’kummenti wara s-semifinali kontra d-Danimarka, l-captain tal-Ingilterra Harry Kane qal li t-tim tiegħu għadu ma laħaqx l-objettiv finali tiegħu. Kane se jkunu t-tieni persuna li se jkun qed imexxi lill-players Ingliżi f’finali ta’ tournament maġġuri wara Bobby Moore li wkoll kien irnexxielu jerfgħa t-Tazza tad-Dinja tal-1966.
Kane qal li se tkun okkażjoni unika u li huwa kburi ferm li se jkun qed imexxi l-sħabu fil-finali kontra l-Italja. Harry Kane fis-semifinali kontra d-Danimarka skorja r-raba’ gowl tiegħu f’din l-edizzjoni tal-Euro 2020 u b’hekk laħaq lil Gary Lineker b’għaxar gowls f’fażi finali ta’ tournament maġġuri.
//= $special ?>