BIRKIRKARA ….. 1
LA FIORITA …… 0
Birkirkara : D.Fernandes, C.Attard, O.Carniello, E.Pepe, K.Zammit, R.Scicluna, R.Briffa, Y.Yankam, J.Bezzina, F.Falcone, L.Montebello
La Fiorita : G.Vivan, M.Gasperini, I.Pedrelli, A.Brighi, R.Di Maio, A.Grandoni, M.Mularoni, S.Errico, A.Amati, D.Rinaldi, M.Prandelli
Referee : N.Neokleous
Assistenti Referees: P.Georgiou, P.Petrou
Birkirkara bdew l-impenji tagħhom fl-ewwel leg tal-ewwl round ta’ kwalfikazzjoni tal-UEFA Conference League b’rebħa ta’ 1-0 kontra La Fiorita. Birkirkara kienu l-aħjar tim tal-partita fejn ddominaw il-pusses tal-ballun kif ukoll ix-xuttijiet lejn il-lasta.
Birkirkata kienu viċin li jiftħu l-iskor fit-tieni minuta meta minn corner ta’ Johann Bezzina kien Yannick Yankam li ra l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-lasta. Biex fl-14-il minuta Birkirkara marru fil-vantaġġ, meta wara bidel il-ballun tajjeb ma Federico Falcone, Yannick Yankam ikkonkluda wara Vivan għall-uniku gowl tal-partita.
Ftit sekondi qabel tmiem l-ewwel taqsima La Fiorita kellhom l-ewwel ċans tal-partita meta d-daqqa ta’ ras ta’ Rinaldi għaddiet ftit barra mil-lasti ta’ Fernandes. Fil-50 minuta Birkirkara kienu qrib li jagħmluhom tnejn hekk kif wara li għadda tajjeb Falcone ra x-xutt tiegħu salvat tajjeb minn Vivan.
Minkejja d-dominanza tagħhom Birkirkara ma rnexxielomx isibu l-gowl li jagħlaq il-partita iżda żammew il-kontroll tal-partita, bl-iskor finali jkun dak ta’ 1-0. It-tieni leg bejn dawn iż-żewġ timijiet f’San Marino se jintlagħab nhar il-Ħamis 15 ta’ Lulju fid-8.45pm, b’Birkirkara se jkunu qed iħarsu li javvanza għat-tieni round fil-Conference League.
//= $special ?>