EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Il-UEFA bi proċeduri dixxiplinarji kontra l-Ingilterra

Il-UEFA mistennija tiftaħ proċeduri dixxiplinarji kontra l-Ingilterra fuq tliet inċidenti li seħħew waqt is-semifinali kontra d-Danimarka, fosthom li ġie ppuntat laser aħdar f’għajnejn il-goalkeeper Daniż Kasper Schmeichel, waqt il-penalty li kellhom l-Ingilterra. Minkejja li l-goalkeeper Daniż salva l-penalty, mit-tieni tentattiv Harry Kane tefa’ l-ballun fix-xibka, bl-Ingilterra jikkwalfikaw għall-ewwel finali tagħhom wara 55 sena.

L-Ingliżi qed jaffaċjaw proċeduri dixxiplinari wkoll għad-diżrispett li wrew xi partitarji matul l-innu nazzjonali tad-Danimarka kif ukoll talli użaw murtali illegalment. Dawn il-każijiet qed ikunu analizzati mill-awtorita’ regolatorja tal-Kontroll, Etika u Dixxiplina tal-UEFA (CEDB).