Coronavirus Saħħa

Jinstabu madwar 70 każ tal-Covid fost l-istudenti f’lukanda fil-Qawra

Rapporti qed jindikaw li f’lukanda ewlenija fil-Qawra nstabu madwar 70 każ tal-Covid fost l-istudenti li jinsabu f’pajjiżna jistudjaw l-Ingliż.

Nies mill-post qalulna li barra din il-lukanda kien hemm numru ta’ vetturi mid-Dipartiment tas-Saħħa biex janalizzaw is-sitwazzjoni.

Sorsi tagħna qalulna li l-55 każ li tħabbru llum fuq il-paġna tas-Saħħa mhux parti minn dawn is-70 każ li nstabu fl-aħħar sigħat.

Aktar dettalji ‘l quddiem.