EURO 2020 Sport Sport Ieħor Stadju Finali

Kasper Hjulmand diżappuntat bil-penalty ta’ Sterling

(Ritratt: EPA)

Il-kowċ tad-Danimarka Kasper Hjulmand qal li huwa diżappuntat bid-deċiżjoni tar-referee Danny Makkelie li ta l-penalty fuq Raheem Sterling.

Hjulmand qal li l-penalty qatt ma kien u prefera li ma jżidx kummenti oħra. Il-kowċ Daniż faħħar lill-players tiegħu għall-mod ta’ kif irreġixxew wara dak li seħħ fl-ewwel partita tal-grupp b’rabta ma’ Chrisitian Eriksen.

Hjulmand qal li jammira l-mod ta’ kif it-tim Daniż irnexxielu jirkupra minn dan l-avveniment diffiċli u rringrazzja lil kull min b’xi mod ta’ s-support u l-kuraġġ lid-Danimarka. Fi tmiem il-kummenti tiegħu, Hjulmand awgura lill-kowċ tal-Ingilterra għal dan is-suċċess.