Lokali

Raġel minn Bormla jweġġa’ gravi wara li kien involut f’inċident bil-mutur

Raġel ta’ 41 sena residenti Bormla sofra ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku li seħħ il-Fgura.

L-inċident seħħ għal xi t-tmienja neqsin kwart ta’ filgħodu fi Triq Ħaż-Żabbar kantuniera ma’ Triq San Mikiel, il-Fgura.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Yamaha, misjuq mill-vittma u vettura BMW, misjuqa minn raġel ta’ 40 sena residenti l-Furjana.

Ix-xufier tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.