EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Sterling jinsisti “kien penalty ċar”

L-azzjoni li wasslet għall-penalty deċiżiv li eventwalment l-Ingilterra skorjaw il-gowl tar-rebħa.

Raheem Sterling, il-plejer Ingliż li fil-ħin barrani tas-semi-finali bejn Ingilterra u Danimarka, rebaħ il-penalty li wassal għall-gowl tar-rebħa Ingliża, insista li kien hemm kuntatt u l-penalty kien wieħed ċar. Ir-referee tal-logħba, l-Olandiż, Joakim Maehle iġġudika li kien l-kuntatt tad-difensur Daniż, Joakim Maehle fuq Sterling kien wieħed irregolari.

Bosta kienu dawk li esprimew ix-xettiċiżmu tagħhom jekk dan l-episjodu kienx ta’ penalty jew le, iżda r-referee ta’ 38 sena, għażel li jieħu din id-deċiżjoni wara li saħansitra rrikorra għall-VAR. Mill-istess penalty, il-captain internazzjonali Ingliż, Harry Kane kellu x-xutt tiegħu salvat mill-gowlkiper Kasper Schmeichel, iżda l-attakkant ta’ Tottenham Hotspur, kien pront sabiex mir-rebound jixħet il-ballun fix-xibka għal dak li fisser il-gowl tar-rebħa u li poġġa lill-Ingilterra fil-finali tal-Euro 2020, dik ta’ nhar il-Ħadd li ġej kontra l-Italja.

Harry Kane jiċċelebra l-gowl tar-rebħa u li poġġa lill-Ingilterra fil-finali tal-Euro 2020.

Sterling spjega: “Dħalt fil-kaxxa u d-difensur Daniż hareġ siequ l-barra. Ħadli sieqi u allura dan kien penalty ċar.”