Wara assenza twila fejn kienu nqatgħu t-telefonati marbuta ma’ theddida ta’ bomba fil-Qorti, dalgħodu l-bini tal-Qrati tal-Ġustizzja ġie evakwat wara li saret theddida ta’ bomba. Sa ftit tas-snin ilu dan it-theddid kien wieħed regolari, anke biex ċertu kawżi spiċċaw differiti.
Fil-fatt ix-xogħol tal-Qorti l-Ħamis waqa’ lura sew minħabba din it-theddida. Fil-passat riċenti kienu ttellgħu xi persuni l-Qorti u ngħataw sentenza sospiża u multa, b’rabta ma’ reati ta’ telefonati anonimi li ma jkunux veritieri u li joħolqu problemi fis-sistema ġudizzjarja. Kien hemm każijiet li anke seħħew fil-Qorti ta’ Għawdex.
F’operazzjoni konġunta, Uffiċjali tal-Explosive Ordinance Disposal flimkien ma’ membri oħra tal-Korp tal-Pulizija spezzjonaw kull rokna tal-bini tal-Qorti sabiex jindagaw dwar din it-theddida. Aktar ma għadda l-ħin kollox reġa’ deher li għadda għan-normal, hekk kif it-theddida ta’ bomba fil-Qorti ta’ Malta sfumat fix-xejn.
Kien għall-ħabta tad-9.15am li l-Pulizija rċevew telefonata. Il-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta ma sabu xejn imma baqgħet tieħu l-prekawzjoinijiet neċċessarji bir-reqqa għas-sigurtà tal-ħaddiema tal-Qorti, l-pubbliku inġenerali kif ukoll il-bini tal-madwar.
//= $special ?>