Lokali

20 minn madwar 80 student tal-Ingliż li ġew pożittivi għall-Covid huma Taljani

Il-media Taljana qed tirrapporta li 20 minn grupp ta’ madwar 80 student li hawn maqbuda f’pajjiżna u li fl-aħħar sigħat irriżultaw pożittivi għall-Covid huma Taljani.

Sit partikolari Taljan qed jirrapporta li s-Sindku ta’ Molfetta, raħal qrib Bari f’Puglia fl-Italja kitbet lill-Ministru tal-Affarijet Barranin Taljan Luigi Di Maio u lill-President tar-Reġjun Michele Emiliano sabiex isibu soluzzjoni għal din is-sitwazzjoni.

Pajjiżna fl-aħħar sigħat ra żieda qawwia ta’ każi attivi, b’96 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa biss u li hu mifhum li l-biċċa l-kbira minnhom huma każijiet ta’ persuni barranin li jinsabu pajjiżna fuq btala.