Coronavirus Lokali Saħħa

96 każ ġdid fl-aħħar 24 siegħa; żieda ta’ 176 każ fi tliet ijiem

Bejn ilbieraħ u llum żdiedu b’96 il-każi attivi ta’ Covid-19 f’Malta.

Wara li fl-aħħar sigħat Net News irrapporta li kien hawn xnigħat ta’ 70 każ ġdid tal-virus fost grupp ta’ studenti f’lukanda partikolari, il-Ministeru tas-saħħa rraporta li l-każijiet attivi f’pajjiżna issa qed jgħoddu 252 wara li fl-aħħar 24 sigħat żdiedu 96 każ ġdid.

Sal-bieraħ kienu 10 l-każijiet tal-varjant Indjan f’pajjiżna u l-isptar kien hemm tliet persuni, fosthom barranija ta’ 19-il sena li tinsab fit-Taqsima Intensiva.