Lokali

Arrestati żewġ żagħżagħ b’rabta ma’ vandaliżmu fil-Mellieħa

Żewġ żagħżagħ ta’ nazzjonalità Ingliża ġew arrestati wara diversi jiem ta’ investigazzjoni mis-Sezzjoni tal-Pulizija tar-Reati Ma[[uri flimkien ma’ dawk tad-Distrett tal-Qawra b’rabta ma’ vandaliżmu li seħħ aktar kmieni din il-ġimgħa fuq is-Salib tal-Pellegrini fil-Mellieħa.

Iż-żagħżagħ ġew identifikati bħala tfajla ta’ 21 sena u ġuvni ta’ 19-il sena. Huma qed jinżammu fil-Lock up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija u mistennija jitressqu l-Qorti għada.