Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza fil-Ħamrun

Sirjan ta’ 19-il sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza.

Ilbieraħ, għal xi 19.30, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha minħabba inċident tat-traffiku fi Triq Ġuże Pace, Ħamrun.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li ġuvni Sirjan ta’ 19-il sena safa’ milqut minn karozzata’ tip Peugeot 107 misjuqa minn tfajla ta’ 19-il sena li tgħix il-Ħamrun.

Il-ġuvni ngħata l-assistenza minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.