Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li waqa’ travu fuqu

Raġel ta’ 45 sena minn Ħal Luqa qed isofri minn ġrieħi gravi wara inċident f’Ħal Luqa.

Għal xi 09.00 tal-Ġimgħa, il-Pulizija ntalbet għall-assistenza minħabba li raġel sofra xi ġrieħi ġo impjant fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa.

Minn l-ewwel investigazzjonijiet juru li l-ħaddiem, għal xi raġuni waqt li kien qed jagħmel xi xogħol, waqa’ travu fuqu.

Tim mediku ta’ l-assistenza u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.