Sport Waterpolo

Birżebbuġa jiksbu rebħa fondamentali f’konfront dirett kontra Valletta

Rapport: Stewart Said

Għalkemm għadha l-ewwel logħba, Birżebbuġa Freeport għamlu pass importanti biex jilagħbu fil-Kampjonat Premier għat-tieni sena konsekuttiva. Rebħa meritata kontra Valletta Izibet, tim li għal staġun ieħor jidher li se jilgħab fl-Ewwel Diviżjoni. Minkejja li l-Beltin għandhom aktar kwalità, id-differenza prinċipali bejn iż-żewġ timijiet kienet li Birżebbuġa kienu aktar kompatti fil-logħob tagħhom u dehru aktar determinati li jirbħu l-logħba.

Birżebbuġa urew l-intenzjonijiet tagħhom meta rebħu l-ewwel sessjoni 2-0 b’gowls ta’ Gabriel Sammut u Julian Farrugia. Valletta rnexxielhom jirkupraw b’Michele Stellini u Marco Mannino jagħmlu l-iskor 3-3. Fit-tielet sessjoni, Valletta ma rnexxielhom qatt imorru minn fuq u kellhom iwieġbu darbtejn għall-gowls ta’ Birżebbuġa. Kien Neil Cassar li għen lil Birżebbuġa biex jibdew l-aħħar sessjoni 6-5 minn fuq.

Il-penalty ta’ David Cutajar fil-bidu tal-aħħar sessjoni witta t-triq għar-rebħa, bid-distakk jikber anki 9-5. L-unika reazzjoni ta’ Valletta waslet hawn, b’żewġ gowls li ħallewhom jittamaw, iżda Birżebbuġa kienu solidi biżżejjed sat-tmiem.

Exiles ftit sabu diffikultà biex għelbu lil Otters Nivea 16-3. Kif jindika l-iskor, Exiles iddominaw il-logħba iżda sabuha diffiċli fl-ewwel sessjoni hekk kif ma kinux aggressivi biżżejjed. Għal Otters irritornaw jilagħbu l-veterani Claudio Spiteri Debarro u Charlie Zammit. Kien fit-tielet sessjoni li Exiles urew id-differenza fil-kwalità u qatgħu kull tama li Otters setgħu jirkupraw, b’ħames gowls mingħajr risposta, bil-captain Kurt Griscti jiskorja tripletta.

GRUPP A

OTTERS NIVEA……………. 3

EXILES………………………… 16

(1-1), (1-3), (0-5), (1-7)

Otters: M. Xerri, C. Spiteri Debarro (1), M. Lanzon, L. Hyzler (2), E. Meli, M. Farrugia, K. Scicluna, G. Mizzi, D. Dimech, C. Zammit, Z. Bartolo, O. Zammit, D. Spiteri, L. Gialanze

Exiles: M. Castillo, N. Saliba (2), S. Apap (1), P. Paris, T. Sullivan (2), S. Xerri de Caro, M. Fenech (3), K. Griscti (4), N. Paris (3), J. Bajada, M. Aquilina (1), D. Fenech, G. Borg, E. Micallef, M. Naudi

Referees: Ronnie Spiteri, Neville Mercieca

GRUPP B

VALLETTA IZIBET……………… 7

BIRŻEBBUĠA FREEPORT….. 9

(0-2), (3-1), (2-3), (2-3)

Valletta: T. Micallef, P. Borg, E. Aquilina, M. Stellini (2), A. Agius (1), R. Mock, D. Paolella, M. Mifsud, N. Farrugia, M. Zammit, N. Zammit (3), N. Lanzon, K. Tanti, M. Mannino (1)

Birżebbuġa: M. Rossi, J. Farrugia (1), N. Cassar (2), D. Pace Lupi, C. Mifsud (1), P. Serracino, S. Vassallo, D. Cutajar (2), M. Bonnici, M. Borg, R. Spiteri, S. Fava, M. Sladden, B. Grech, G. Sammut (3)

Referees: Massimo Angileri, Alex De Raffaele

Logħob għal għada

Grupp B: Marsaxlokk v Sirens 5.00pm

Grupp A: Sliema vs Marsaskala 6.05pm

Ikkummenta