Lokali

“Bżonn ta’ screening aktar riġidu sabiex is-settur turistiku jkompli b’ritmu tajjeb” – Bernard Grech

“Wara l-fatt li tul dawn l-aħħar jiem erġajna qegħdin naraw żieda fin-numri tal-każijiet pożittivi tal-COVID-19 impurtati, inkompli nisħaq fuq l-importanza ta’ screening aktar riġidu fil-portijiet Maltin sabiex inkomplu nnaqqsu l-possibbiltà tal-introduzzjoni ta’ varjanti f’pajjiżna u nassiguraw li s-settur turistiku u dak tal-ospitalità jkomplu bir-ritmu li qabdu u jkomplu jitgawdew f’pajjiżna”.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech qal dan fid-dawl taż-żieda fil-każi attivi tal-virus irreġistrati fl-aħħar jiem.

Grecha saħaq li dan hu kruċjali wkoll sabiex jiġi evitat li pajjiżna jerġa’ jkollu jimponi mill-ġdid xi restrizzjonijiet marbuta mat-tixrid tal-pandemija, u nkomplu ngħixu fin-normalità filwaqt li jkun hemm ir-rispett u l-infurzar ta’ dawk il-miżuri preventivi diġà eżistenti.

Ikkummenta