Sport Sport Ieħor

Djokovic u Berrettini fil-finali ta’ Wimbledon

Novak Djokovic se jkun qed jiltaqa’ kontra Matteo Berrettini fil-finali ta’ Wimbledon nhar il-Ħadd. Is-seed numru 1 għeleb l-isfida taż-żagħżugħ Denis Shapovalov fis-semi finali 7-6 7-5 7-5. Minkejja il-logħob tajjeb li wera l-Kanadiż Shapovalov, l-esperjenza u l-kwalita’ ta’ Djokovic wasslitu għas-seba’ finali ta’ Wimbledon, hekk kif jinsab viċin li jirbaħ l-20 Grand Slam tal-karriera tiegħu.

Min-naħa l-oħra fil-partita l-oħra t-Taljan Matteo Berrettini għadda għall-ewwel finali ta’ Grand Slam fil-karriera tiegħu meta fis-semi finali għeleb lill-Pollakk Hubert Hurkacz 6-3 6-0 6-7 6-4. Berrettini ta’ 25 sena, hu l-ewwel Taljan li rnexxielu jasal sa finali ta’ Grand Slam sa mill-1976