EURO 2020 Futbol Sport Stadju Finali

Ġurnalist f’Coverciano pożittiv għall-Covid-19

(Ritratt: EPA)

Ġurnalist li jinsab f’Coverciano jirrapporta dak li qed iseħħ fil-kamp tat-tim nazzjonali Taljan irriżulta pożittiv għall-Covid-19.

Il-players u l-istaff kollu tal-Italja huwa mlaqqam kontra l-Covid-19 u minkejja dan l-players ikollhom kuntatt mal-midja biss waqt il-konferenzi tal-aħbarjiet b’hekk ir-riskju huwa wieħed minimu.

Jidher li l-każ pożittiv huwa ta’ wieħed minn żewġ ġurnalisti li baqgħu fl-Ingilterra wara l-partita bejn l-Italja u Spanja, bil-konferenza tal-aħbarijiet li se ssir aktar tard matul il-jum mistennija tinżamm online bħala prekawzzjoni.